“L-2025 Kissritni B’Modi Li Qatt Ma Bsart” – Gaia Fuq Il-Midja Soċjali Tagħha B’Riflessjoni Dwar Din Is-Sena!

Il-personalità lokali Gaia qasmet riflessjoni intima u emozzjonanti fuq il-midja soċjali, fejn fetħet qalbha dwar sena li ddeskrivietha bħala waħda li “kissritha b’modi li qatt ma bassret”.

F’messaġġ mimli vulnerabbiltà, Gaia stqarret li xejn ma seta’ jħejjiha għall-uġigħ, il-kaos u l-mumenti diffiċli li ħallewlha bla nifs matul l-2025. Hija rrakkuntat kif kien hemm ġranet fejn lanqas kienet taf kif se tgħaddi minnhom, u oħrajn fejn bilkemm irnexxielha tkompli.

Minkejja li l-weġgħa għadha tinħass, forsi aktar milli tammetti, Gaia temmen li xi ħaġa fiha qed tinbidel. Tkellmet dwar tkabbir personali li qed iseħħ anke meta tħossu skomdu u inġust, u dwar tama li s-sena li ġejja tagħtiha spazju biex tieħu ftit aktar nifs.

Fil-messaġġ tagħha, hija esprimiet ukoll gratitudni lejn in-nies li baqgħu jħobbuha, dawk li telqu minn ħajjitha, u dawk li daħlu fiha bla mistenni u għenuha tibqa’ għaddejja, anke jekk forsi qatt ma jifhmu bis-sħiħ kemm kienu importanti f’dawk il-mumenti.

Messaġġ li reġa’ jfakkar li wara kull sena diffiċli hemm proċess ta’ fejqan, tkabbir u tama għal kapitlu ġdid.







Ritratti:

Facebook / Gaia Cauchi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI