“Aħna Grati Ħafna Għall-Imħabba, Għas-Saħħa U Għall-Ferħ Tiegħek Li Ġġib F’Ħajjitna Kuljum.” – Alexia Lil Żewġha Chan F’Għeluq Sninu

Chan u Alexia

Ilbieraħ kien għeluq snin il-mużiċist Chan Vella Schembri, u għall-okkażjoni martu Alexia kitbitlu l-awgurju tagħha.



“Awguri f’għeluq sninu lill-aktar raġel u missier tal-għaġeb, Chan! Aħna tant grati għall-imħabba, għas-saħħa u għall-ferħ tiegħek li ġġib f’ħajjitna kuljum. Int tfisser id-dinja għalina, u aħna tant imberkin li niċċelebrawk illum u dejjem. B’ħafna mħabba mingħand Alexia, Avner u Azalea.”



Chan u Alexia kienu l-moħħ wara diversi kanzunetti li pparteċipaw ġo festivals lokali bħall-Konkors Kanzunetta Indipendenza fosthom Ħi ta’ Daryl James u Pajsaġġ Malti ta’ Daniel Sammut.

Awguri mill-qalb!



Ritratti:

Facebook/ Chan Alexia Vella Schembri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI