Meta weriet l-interess li ssir mudella qalulha li impossibbli minħabba l-kundizzjoni tagħha tad-down syndrome iżda hi ma qatgħetx qalbha u mhux talli saret mudella, talli llum il-ġurnata timmudella għal Victoria’s Secret.
Is-suċċess tagħha fix-xena tal-immudellar ma waqafx hemmhekk hekk kif ftit wara l-mudella żagħżugħa Sofía Jirau nediet ukoll id-ditta tal-ħwejjeġ tagħha msejsa fuq il-messaġġ ‘Bla Limiti’ li jirrappreżenta proprju d-determinazzjoni tagħha li fil-ħajja dejjem tegħleb kull ostaklu, ikun kemm ikun diffiċli.
Proprju minħabba f’hekk, f’għajnejn ħafna, l-mudella żagħżugħa hija meqjusa bħala sors ta’ ispirazzjoni u xempju tal-perseveranza.
Instagram / Sofía Jirau