Riħ U Diversi Ħalbiet Tax-Xita Mbassra Kuljum Minn Għada Għall-Kumplament Ta’ Din Il-Ġimgħa

L-Uffiċju Meteroloġiku ta’ Malta qed ibassar li l-kumplament ta’ din il-ġimgħa se tkun iddominata minn riħ qawwi u għadd ta’ ħalbiet tax-xita.

Huwa mistenni li minn għada sal-Ħadd, minbarra l-Ġimgħa, l-gżejjer Maltin se jkunu qed jintlaqtu ta’ kuljum mill-ħalbiet tax-xita filwaqt li r-riħ se jkun qed jippersisti bil-qawwa ta’ forza 7.

F’dawn il-ġranet qed jissemma wkoll li t-temperatura se tkun qed titbaxxa mhux ħażin.

Minħabba r-riħ qawwi li mistenni jaħkem inħarġu wkoll għadd ta’ twissijiet sabiex kulħadd joqgħod attent.







Ritratti:

Facebook / Malta Weather u Facebook / Malta Attraction Map

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI