Aktar Leave Għall-Ġenituri Li Jitilfu Lil Uliedhom Qabel Dawn Ikunu Għalqu 18-Il Sena!

Żdied il-leave mogħti lill-ġenituri f’każ ta’ telf ta’ minuri, hekk kif issa ġie estiż għal sebat ijiem, meta qabel il-ġenitur kien intitolat għal jum jew jumejn biss.

Dan il-leave addizzjonali ser ikun imħallas mill-Gvern u japplika għal kull ħaddiem, skont in-numru ta’ sigħat li jaħdem. Il-miżura għandha l-għan li tipprovdi aktar sostenn u spazju lill-ġenituri f’mument partikolarment diffiċli u sensittiv f’ħajjithom.

Il-bidla fil-politika tal-leave qed titqies bħala pass importanti lejn kundizzjonijiet tax-xogħol aktar sensittivi għar-realtajiet personali tal-ħaddiema, filwaqt li tkompli ssaħħaħ l-impenn tal-Istat lejn il-benesseri tal-familji.

Għal aktar informazzjoni jew kjarifiki, wieħed jista’ jikkuntattja lid-DIER fuq 1575 jekk inti impjegat, jew 1576 jekk inti timpjega lin-nies. Wieħed jista’ wkoll jibgħat email fuq info.dier@gov.mt.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI