Imħabba? hi sensiela kienet qed iżżomm lit-telespettaturi kurjużi ta’ kuljum għal kif ser tiżvolġi l-istorja. Ilbieraħ Clayton Pace, l-attur u direttur f’din il-produzzjoni, qanqal ftit lis-segwaċi, dwar jekk għandhomx jistennew it-tieni staġun.
Ilbieraħ wara l-episodju kitbu, “Diġà Nathan u Cressida kienu ottu, baby kien jonqoshom. It-tieni staġun ta’ Imħabba? jkompli għada.”
Hekk hu, llejla ser tkompli tiżvolġi l-istorja segwita minn bosta. Clayton jikteb, “Jagħlaq ħelu ħelu l-ewwel staġun ta’ Imħabba?. It-tieni staġun ikompli għada. Grazzi tar-rispons kontinwu tagħkom ħbieb.”
Lesti għal li jmiss?