“Bidu Ġdid, Rebħiet Żgħar U Sens Ta’ Ħajja Ġdida” – Gillian Attard

Is-sena l-ġdida diġà ġabet magħha diversi bidliet fil-ħajja tal-għalliema tal-vuċi Gillian Attard iżda minkejja l-isfidi, hija tibqa’ soda u ottimista. F’kelmitha stess, hija tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna li tibqa’ għaddejja minkejja kollox.

“Is-sena l-ġdida diġà ġabet ħafna bidliet f’ħajti imma kif dejjem ngħid, jien ma naqtax qalbi,” qalet Gillian. “Kollha kemm aħna ngħaddu minn sfidi u għandna l-battalji tagħna iżda fl-aħħar mill-aħħar nagħżlu l-ħajja, id-dawl u l-enerġija tajba.”

Fost dawn il-bidliet, Gillian qasmet mument personali li għal ħafna jista’ jidher żgħir iżda għaliha kellu tifsira profonda. Wara żmien twil, hija rnexxielha terġa’ tmur lura s-salon għal makeover żgħir – esperjenza li tatha spinta ġdida u għenitha tħossha aħjar.



“Illum fl-aħħar irnexxieli mmur lura s-salon għal bidla żgħira u onestament ħassejtni ħajja mill-ġdid,” qalet. “Inħobb ħafna l-hairstyle il-ġdid tiegħi.”



Hija esprimiet ukoll gratitudni kbira lejn Charmaine – il-persuna li tieħu ħsieb xagħarha, li skontha dejjem tifhimha bla bżonn ta’ ħafna kliem. “Charmaine tafni ħafna. Hi tifhimni sew u dejjem taf eżatt x’jagħmilni ferħana,” żiedet tgħid.

Gillian temmet il-messaġġ tagħha b’riflessjoni pożittiva u mimlija tama u fakkret fl-importanza tal-bidu ġdid u r-rebħiet żgħar li jagħmlu differenza kbira fil-ħajja. “Jiena grata għall-bidu ġdid, għar-rebħiet żgħar, u għal dawk in-nies li verament jifhmuk,” temmet tgħid.



Ritratti:

Facebook/ Gillian Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI