Il-preżentatur lokali Peppi Azzopardi saħaq li billi r-raġel li ftit xhur ilu tressaq il-Qorti akkużat bil-qtil ta’ numru ta’ qtates f’tas-Sliema jingħata sentenza ta’ ħabs, il-moħqrija u t-tortura fuq l-annimali m’hijiex se tieqaf “għaliex dan ir-raġel problemi ta’ saħħa mentali għandu”.
“Fil-ħabs din il-problema m’hijiex se tissolva… aħna tant kemm inħobbuhom l-annimali nixtiequ li min jaħqarhom infejquh biex ma jkomplix jaħqarhom, mhux nivvendikaw ruħna minnu biex imbagħad jaħqarhom iżjed fil-futur,” spjega Peppi.
Il-preżentatur Malti rrefera wkoll għal każ li seħħ riċentament fejn tfajla li għamlet abort ingħatat sentenza sospiża. Filwaqt li faħħar din id-deċiżjoni u sostna li dik it-tfajla żgur li ma kelliex tiddaħħal il-ħabs iżda kellha tingħata xorta differenti ta’ għajnuna, Peppi staqsa jekk aħniex lesti li nagħtu l-messaġġ li “min joqtol bniedem orrajt, iżda min joqtol qattus għandu jmur il-ħabs”.
Intom x’taħsbu dwar dan?
Facebook / Peppi Azzopardi u Pexels