Wara li l-weekend li għaddha kien iddominat minn diversi ħalbiet tax-xita kif ukoll riħ qawwi li saħansitra laħaq forza 9, issa jidher li din il-ġimgħa m’hija se ġġib magħha l-ebda maltemp u lanqas riħ.
Fil-fatt diversi bassara tat-temp qed ibassru li matul din il-ġimgħa se jkun qed jippersisti temp relattivament imsaħħab bl-unika possibbiltà ta’ xita li qed tissemma hija għal nhar il-Ħadd li ġej.
Sadanittant għalkemm mhux imbassra xita, it-temperatura xorta waħda mistennija tibqa’ pjuttost baxxa u tvarja bejn 12°C u 17°C.
Facebook / Malta Weather u Facebook / Maltese Islands Weather