Il-fotografu Malti Daniel Cilia nrexxielu jieħu ritratt impressjonanti l-Ħadd li għadda fis-sigħat ta’ filgħodu fejn fl-isfond ta’ Forti Tigne jidher il-vulkan Etna. Ir-ritratt ittieħed fi Triq Marsamxett ġewwa l-Belt Valletta eżattament fl-10:00.
Mal-ġurnal Times of Malta, Daniel jispjega li kien ilu ġimgħat sħaħ jistenna l-mument propizju sabiex ikun jista’ jieħu dan ir-ritratt hekk kif kemm-il darba ipprova fil-jiem ta’ qabel iżda ma rnexxilux minħabba li t-temp, ir-riħ u d-dawl ma kienux favurih.
Madankollu l-Ħadd li għadda hekk kif it-temperatura f’pajjiżna kienet ta’ madwar 4°C u fi Sqallija kienet saħansitra taħt iż-żero, l-fotografu jispjega li l-viżibiltà kienet tajba ħafna u għalhekk seta’ jieħu dan ir-ritratt.
Facebook / Daniel Cilia