“Iċ-Ċkejken Tagħna Choco Għadda Mill-Operazzjoni Nhar It-Tnejn… Qed Infittxu Dar B’Urġenza Mil-Lum.” – Innocent Paws – Maria D’Amato

Choco

Fuq il-paġna Innocent Paws – Maria D’Amato taw aġġornament dwar Choco, il-kelb ċkejken li kellu operazjoni jumejn ilu, u issa jinsab fil-fażi tal-irkupru.

“Iċ-ċkejken tagħna Choco għadda mill-operazzjoni nhar it-Tnejn, il-pjanċa u l-labar esterni huma f’posthom, u l-operazzjoni kienet ta’ suċċess. Issa ġejja l-iktar parti diffiċli: l-irkupru. Jeħtieġ jistrieħ kemm jista’ jkun biex l-għadam tiegħu jfiequ sew.”

Maria tkompli, “Qed infittxu dar b’urġenza mil-lum fejn jista’ jkun kalm, sigur, u mistrieħ fil-gaġġa. Kollox se jiġi pprovdut – għandek bżonn biss tagħtih spazju kwiet u ftit imħabba.”

Dan hu stadju tal-fejqan importanti għal Choco u intom tistgħu tgħinu biex ikollu ħajja aħjar. Dan jista’ jsir imqar jekk tagħfas share ta’ din il-post.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI