Il-Knisja ta’ Ġieżu, Patrijiet Franġiskani l-Belt Valletta, titlob lill-Maltin biex iżommu fit-talb tagħhom bosta persuni li jeħtieġu l-għajnuna t’Alla, fosthom tifla ċkejkna.
Qalu, “Bħalissa għandna quddiemna diversi intenzjonijiet ta’ talb, kollha li jinvolvu mard u tbatija, kollha iebsin, imma każ minnhom jinvolvi tifla żgħira. Nitolbukom tingħaqdu magħna fit-talb.”
Kitbu t-talba,“O Alla l-aktar għoli u glorjuż, dawwal id-dlamijiet ta’ qalbi, sawwar fija fidi retta, tama ċerta u mħabba perfetta. Agħtini Mulej li nħoss u nagħraf lilek biex nagħmel ir-rieda vera u mqaddsa tiegħek. Amen. Kurċifiss Mirakoluż, li tant Maltin u Għawdxin resqu lejk bil-fidi u qlajtilhom grazzji kbar, ħenn għalina u għal dawk kollha li talbuna nitolbu għalihom”.
Huma żiedu jgħidu, “Itolbu magħna u mexxu l-kelma.”
Facebook / Knisja ta’ Ġieżu – Patrijiet Franġiskani l-Belt Valletta