“Min Iħobbok Ikun Hemm Għalik Dejjem, Mhux Meta Jaqbel Lilu Biss.”- Johan Mifsud

B’messaġġ sempliċi imma mimli piż emozzjonali, Johan Mifsud qasam riflessjoni li laqtet qalb ħafna nies fuq il-midja soċjali. Kitba li titkellem dwar l-imħabba vera, ir-rispett lejn lilek innifsek u l-importanza li ma tibqax tagħti kollox lil min ma jagħtikx lura bl-istess mod.

“M’għandek qatt tagħsar lilek innifsek biex tkun maħbub jew rrispettat,” jikteb Johan, f’kliem li jfakkar kemm drabi n-nies jispiċċaw jiġru wara attenzjoni li ma tiġix b’mod naturali. Skontu, dan hu mudell ħażin li ħafna trabbew bih – li tħossok obbligat tagħti kollox biex forsi tirċievi ftit lura.

Il-messaġġ tiegħu jsaħħaħ idea ċara, min iħobbok tassew ikun hemm għalik dejjem. Mhux biss meta jaqbel lilu, mhux skont il-burdata, u mhux meta jkollu bżonn xi ħaġa. Meta relazzjoni taħdem bil-kundizzjonijiet, Johan jiddeskriviha mhux bħala imħabba, imma bħala manipulazzjoni.



Hu jfakkar ukoll f’dawk in-nies li kienu hemm fil-mumenti diffiċli – min ħa ħsiebek, daħaq miegħek u qasam miegħek ftit mill-ħin tiegħu meta kien ukoll fil-qiegħ. “Jekk dik mhux imħabba, ma nafx x’inhi,” jikteb, b’sinċerità li tispikka.



Fl-aħħar nett, il-messaġġ tiegħu hu wieħed ta’ tama u fejqan. L-imħabba vera, jgħid hu, iġġiblek biss paċi u ferħ. U jekk illum għadek qed titgħallem jew tfejjaq, m’hemmx għalfejn taqta’ qalbek – kulħadd għaddej minn proċess, u xi darba tasal int ukoll.

Messaġġ li jfakkarna li l-valur tagħna ma jitkejjelx b’kemm nagħtu, imma b’kemm nirċievu b’mod ġust u sinċier.



Ritratti:

Facebook / Johan Mifsud

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI