“Qed Inħejju Makjetti Ġodda… X’Tixtiequ Tisimgħu Minna?” – Jomike U Lydon B’Mistoqsija Għall-Pubbliku

Jomike u Lydon

Jomike u Lydon, missier u iben simpatiċi, dwett li mess il-qlub ta’ kulħadd mill-bidu nett, baqgħu joħolqu makjetti u jagħtu wirjiet sbieħ minn meta rebħu Malta’s Got Talent.

Illum il-ġurnata jżommu kumpanija lin-nies anke fuq ir-radju u ma jonqosx li jsemmgħu xi makjetti. Hekk kif se jkunu qed iniedu makjetti ġodda, xtaqu suġġerimenti mingħand in-nies.

“Attenzjoni nies! Qed inħejju makjetti ġodda… u le, mhux se nkantaw ‘Happy Birthday’ sakemm ma titolbux bil-qawwa. Issa l-ballun għandkom. X’tixtiequ tisimgħu minna? Xi makjetta li tħobbu? Xi suġġett li tridu nisplodu fuqu? Ikteb kumment qabel ma nibdew nivintaw aħna… u taf x’jiġri meta nivintaw aħna.”

Għandkom xi ideat jew suġġerimenti intom?







Ritratti:

Facebook/ Jomike U Lydon

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI