Aidan Se Jirrappreżenta Lil Malta Fil-Eurovision Song Contest 2026

Aidan huwa r-rebbieħ tal-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena u b’hekk se jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest fi Vjenna f’Mejju bejn it-12 u s-16 ta’ Mejju. Il-kanzunetta tiegħu, “Bella”, kisbet l-ogħla ammont ta’ voti, b’total ta’ 283 punt.

Fit-tieni post ġie MATT BLXCK bil-kanzunetta “Ejja Lejja Ħdejja ‘l Hawn (The Flute)”, li kisbet 268 punt, filwaqt li fit-tielet post spiċċa Mychael Bartolo Chircop bil-kanzunetta “My Sweet Angel”, li kisbet 136 punt.

Il-finali, li saret wara s-semifinali tal-Ħamis, rat 12-il finalista jikkompetu bejniethom sabiex jingħata l-privileġġ li jirrappreżentaw lil Malta fuq livell internazzjonali. Kemm is-semifinali kif ukoll il-finali tal-kompetizzjoni ttellgħu fiċ-Ċentru tal-Fieri u l-Konferenzi (MFCC) f’Ta’ Qali.







Ritratti:

Facebook / Eurovision Song Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI