Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Ħal Safi Local Council qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn hekk kif il-viċi Sindku tal-istess raħal riċentament irrappreżenta lil Ħal Safi barra minn Malta.
Huma qalu, “Il-Viċi Sindku Francis Callus, irrappreżenta lir-raħal tagħna f’żewġ konferenzi li saru f’Buarcos, il-Portugall bejn il-25 u t-28 ta’ Frar, u f’Santiago de Compostela Spanja bejn id-29 ta’ Frar u t-3 ta’ Marzu 2026. Diversi bliet u assoċċjazzjonijiet attendew għal dawn il-konferenzi bit-tema ‘Eco Active Citizens for a Sustainable Europe’.”
Żiedu, “Matul dan il-konferenzi, il-Viċi Sindku għamel preżentazzjoni dwar Malta, dwar il-lokalita’ ta’ Ħal Safi u l-ħidma tal-Kunsill Lokali għal ambjent isbaħ fil-lokalità tagħna. F’Diċembru li ġej, il-parteċipanti sa jiġu Malta u sa jkunu milqugħa fir-raħal tagħna.”