Il-kantant lokali Mark Anthony Bartolo, finalist għat-tieni darba fil-Malta Eurovision, qasam messaġġ mill-qalb biex jesprimi kemm hu grat lejn l-appoġġ li għadu kif irċievi matul dawn l-aħħar ġimgħat.
Mark jgħid, “Grat u onorat li ġejt mal-aqwa ħamsa għall-ewwel darba f’ħajti… kuntent ħafna… Urejtuni li għandi nemmen fiha nnifsi aktar. Naqra emozzjonat ħa nkun onest, tfisser ħafna għalija.”
Apparti minn hekk jifraħ lill-artisti l-oħra fosthom lil Aidan u Matt Blxck li ġew fuq quddiem. Jawgura lil Aidan wara r-rebħa tal-bieraħ.
Mark anke jikteb, “Ninsab kuntent li ġejt fir-raba’ post fil-Finali tal-MESC 2026. Kburi li wasalt s’hawn. Kienet triq twila biex wasalt hawn. Ir-riżultat wera dan. Naturalment naf li l-mużika tiegħi mhux se togħġob lil kulħadd. Madankollu, dik hija s-sbuħija tal-mużika.”
Awguri minn qalbna Mark!