“Kienet Qed Toħlom Fuq Il-Kejk Li Għamlet Għalih” – Jasmine’s Journey

‘Jasmine’s Journey’ hi paġna li taqsam mas-segwaċi tagħha mumenti mill-ħajja ta’ Jasmine, li juru kemm hi tifla kuraġġuża u determinata. Illum, omm Jasmine kitbet dwar mument li missilha qalbha hekk kif rat tbissima fuq fomm Jasmine waqt li kienet rieqda, u staqsietha dwar xiex kienet qed toħlom.

Hi kitbet, “Kienet rieqda u titbissem fl-istess ħin. Meta qamet, staqsejtha fuq xiex kienet qed toħlom. Hi tbissmet, ħarset lejn missierha u qalet ‘kejk’. Kienet qed toħlom fuq il-kejk li għamlet għalih. Kemm inħossni grata għal dawn il-mirakli żgħar.”



Dan jurina kif it-tfal jgħożżu tant f’qalbhom mumenti sempliċi bħal dawn. Ma tistax ma tiggustahiex lil din it-tifla ċkejkna!





Ritratti:

Facebook / Jasmine’s Journey

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI