“Twissija Dwar Scam. Il-Frodisti Qed Jiffalsifikaw In-Numru Tagħna Biex Jisirqulek Informazzjoni Sensittiva.” – BOV

BOV logo

Sfortunatament kull ma jmur qed jiżdiedu scams differenti li jippruvaw jibagħtu messaġġi, emails u anke telefonati, biex iqarrqu bin-nies. Fil-kampanja Spot The Scam, BOV ħabbru scam oħra li qed iddur.

“Il-frodisti qed jiffalsifikaw in-numru tagħna biex jisirqulek informazzjoni sensittiva. L-urġenza fil-messaġġ flimkien mal-URL huma sinjali ċari li dan il-messaġġ mhuwiex ġej mingħandna.”

BOV ikomplu, “Aħna qatt mhu se nitolbuk biex tikklikkja fuq links permezz ta’ SMS. Tagħfasx fuq il-link, ħassar il-messaġġ u ikkuntattjana direttament fuq 2131 2020 f’każ ta’ dubju.”

Xerred din it-twissija biex jarawha anke sħabek u tal-familja tiegħek.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI