Fadi u Ċensina saru żewġ personalitajiet maħbuba immens mill-pubbliku wara l-parteċipazzjoni tagħhom fuq Come Dine With Me. Rajniehom f’diversi filmati u kontenut flimkien fuq il-midja soċjali, u eventwalment spiċċaw f’kanzunetta oriġinali flimkien.
Waqt intervisra li kellhom fuq Indigo Fadi jirrakkonta kif nibtet l-idea ta’ din il-kanzunetta.
“Mument ċkejken fuq ONE TV… imma mument għal qalbi immens. Grat lejn Indigo talli fetħilna spazju biex nitkellmu dwar din il-kanzunetta — biċċa mill-istorja tiegħi, mill-irkupru tiegħi, u minn leħni. Hawn ħarsa mill-intervista, u tfakkira li kull ħolma ser tikber meta tagħraf tesprimiha b’leħen għoli.”
Prosit kbira!