Meta omm tifel ta’ 9 snin rat kemm binha kien ħerqan sabiex flimkien ma’ missieru jmur jara lit-tim favorit tiegħu jilgħab fis-semi-finali ta’ kampjonat tal-futbol, ċemplet lill-għalliema tat-tifel u qalilthom li binha mhux se jkun jista’ jattendi l-iskola f’dik il-ġurnata għaliex ma kienx f’saħħtu.
Ġara madankollu li fil-mument meta Sammy, it-tifel ta’ 9 snin, infexx jiċċelebra hekk kif it-tim tiegħu ħareġ rebbieħ, il-kamera tat-televixin iffukat fuqu b’konsegwenza li l-għalliema ntebħu li ma kienx verament ma jiflaħx.
Il-ġenituri semmew kif dak il-ħin binhom irċieva mhux biss numru kbir ta’ messaġġi mingħand sħabu li bdew jifirħulu hekk kif deher fuq it-televixin iżda wkoll imejl mingħand l-iskola li jattendi fiha fejn infurmawh li l-assenza tiegħu mill-iskola dakinhar ma kinetx se titniżżel bħala ġustifikata.
Wara li l-ġenituri ħarġu din l-istorja fil-beraħ tqanqlet kontroversja sħiħa hekk kif kien hemm min sostna li t-tifel kellu jiġi skużat minħabba n-natura tal-istorja.
Ftit jiem wara li l-istorja ngħatat daqstant prominenza, l-iskola ħabbret li se tirrevoka d-deċiżjoni tagħha u t-tifel ġie skużat għal dik il-ġurnata.
Facebook / Technically Humor u Arsenal News