“Il-Jum Li Twieled L-Imħabba Ta’ Ħajti. Nawguralek F’Għeluq Sninek” – Priscilla Giordano Psaila Lil Żewġha Antonio

Antonio u Priscilla

Il-kantanta lokali Priscilla Giordano Psaila qasmet messaġġ ħelu kif taf hi għal żewġha, Antonio Giordano, f’okkażjoni speċjali ħafna għalih – jum għeluq sninu.

Fil-messaġġ tagħha, miktub b’ton romantiku, Priscilla qalet li dak huwa l-jum favorit tagħha għax hu l-jum li fih twieled “l-imħabba ta’ ħajjitha”. Hija awguratlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu, akkumpanjati b’emojis ta’ ferħ u ċelebrazzjoni, li juru kemm ir-relazzjoni tagħhom hija mimlija mħabba u gratitudni.

“Il-jum li twieled l-imħabba ta’ ħajti. Nawguralek f’għeluq sninek,” tikteb Priscilla. Qasmet anke ritratt ħelu immens flimkien ma’ Antonio għall-okkażjoni u l-kelba ċkejkna li tant iġġib ferħ fosthom.

It-tim ta’ Gwida.mt jgħid Awguri mill-qalb lil Antonion f’jum għeluq sninu.







Ritratti:

Facebook/ Antonio Giordano

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI