Fuq il-paġna tal-assoċjazzjoni Association for Abandoned Animals ġie ppublikat każ ieħor ta’ niket, fejn iċ-ċkejken Ziggy spiċċa mweġġa’ f’dahru.
Hu ġie mogħti l-kura minnufih, u raw li jieħu l-mediċina kontra l-uġigħ biex ma jbatix wisq.
“L-imsejken Ziggy daħal b’ferita fis-sinsla ta’ dahru u b’ħafna uġigħ. Ħadnieh għand il-veterinarju u għandna appuntament ieħor għall-Erbgħa li ġej biex naraw x’se jiġri għal dan iċ-ċkejken, hekk kif illum lanqas jista’ joqgħod bilqiegħda normali minħabba l-uġigħ.”
AAA tkompli, “Għalissa jrid jibqa’ kompletament mistrieħ fil-gaġġa, allura nittamaw li ma ssirx aktar ħsara. Aħna qed nieħdu ħsiebek ċkejken Ziggy. Aktar tard il-ġimgħa d-dieħla se naġġornaw aktar dwaru.”
Ilkoll mistednin nappoġġjaw lis-santwarju AAA pemezz ta’ donazzjonijiet fuq BOV – 7973 0921 jew fuq Paypal info@aaamalta.com