“Intom M’Intomx Sempliċement Numri Jew Fajls … Intom Persuni Li Ħallejtu Warajkom Familji, Komunitajiet U Djar” – Il-Papa Ljun

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Dr Nicholas Briffa qasam mas-segwaċi tiegħu silta minn dak li qal il-Papa Ljun fil-gżejjer Kanarji meta intidirzza lill-immigranti.

Hu qal, “Dak li qal Papa Ljun illum fil-gżejjer Kanarji lill-immigranti…’Għeżież tiegħi, qabel ngħid xi ħaġ’oħra, irrid inbaxxi rasi quddiem id-dinjità tagħkom. Intom m’intomx sempliċement numri jew fajls. Intom persuni li ħallejtu warajkom familji, komunitajiet u djar. Għandkom ħolm li ħadd m’għandu d-dritt jistmerr jew jiddisprezza’.”

Huma eluf il-kummenti ta’ ħafna Maltin, li ħafna drabi jkunu Kattolċi, li jirredikolaw b’dawn in-nies li ħallew kollox warajhom għal ħajja aħjar. Ejja naċċettaw il-fatt li mis-sema l-isfel kulħadd l-istess!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI