Il-paġna lokali Bebbux ta’ Malta ħabbret li qed tinbieġħ pizza f’pajjiżna kemmxejn differenti mis-soltu. Għall-ewwel darba fl-istorja ta’ Malta, qed tissajjar pizza bil-bebbux.
Fuq il-paġna kitbu, “Iva li smajtu huwa veru! Pizza originali magħmula għall-ewwel darba f’Malta minn ‘L-Ikla T-Tajba’. Aħna verament kburin li dan ir-ristorant għażel il-bebbux tan-Nocciola tagħna għal din il-kreazzjoni unika.”
Żiedu jgħidu, “Din hi pizza unika, ma ssib imkien bħala. Għeżież klijenti kollha tagħna, dan huwa l-mument li dduquha għall-ewwel darba f’Malta.”
Dan il-messaġġ irċieva kummenti ta’ kull tip. Kien hemm min kien ħerqan biex jipprova pizza differenti mis-soltu, iżda kien hemm ukoll diversi persuni li għadhom jinsabu inċerti.
X’taħsbu intom? Titħajjru dduquha?
Facebook / Bebbux ta’ Malta