Il-paġna VAMPA Organisations ftit ilu fakkret il-memorja ta’ Adrian Agius, li huwa fundatur, benefattur u membru tal-organizzazzjoni. Sfortunatament hu kien tilef ħajtu traġikament.
“Nhar it-28 ta’ Jannar 2026 jahbat l-26 sena anniversarju mill-mewt tragika ta’ Adrian Agius – fundatur, benefattur u membru tal-VAMPA Organistations. Fl-istess jum fis-18.30 ser ikun hemm Quddiesa fil-Knisja Katidrali.”
L-organizzazzjoni tkompli tikteb li, “Membri, partitarji u hbieb tal-VAMPA Organisations huma mħeġġa jattendu u jiftakru fih fit-talb taghhom.”
Xerrdu anke ritratt ta’ Adrian kif ukoll ritratt bit-tebut u t-tifkira tiegħu. Strieħ fis-sliem għażiż.