Ritratt Li Jqanqal Memorji Tal-Passat Hekk Kif Jiġi Ċċelebrat Għeluq Snin Joe Minn The Travellers

Xi ritratti ma jitkellmux biss… iżda jqajmu l-memorji. Ritratt antik li ġie mxerred fuq il-paġna ta’ The Travellers Malta reġa’ tefa’ dawl fuq il-bidu ta’ vjaġġ mużikali li llum sar parti mill-istorja tal-mużika Maltija.

Fir-ritratt, jidher Joe f’mument sempliċi iżda sinċier – żagħżugħ iffukat, bil-ħerqa f’għajnejh u bi strument f’idejh. Kien għadu żmien meta l-ħolm kien għadu qed jissawwar, meta l-provi kienu twal u l-entużjażmu kien qawwi. Kif stqarru The Travellers stess b’ton umoristiku, “ma stajniex ma nitfgħulekx dan f’għeluq sninek”. Żiedu jgħidu “…kemm infakkruk ftit kemm xjaħt.”



Dan il-messaġġ ifakkarna li l-ikbar suċċessi jibdew minn passi żgħar – minn provi f’kamra, minn noti mhux perfetti, imma mimlijin passjoni. Illum, snin wara, dawn il-mumenti jġibu tbissima u sens ta’ gratitudni. Minkejja li ċertu affarijijet jinbidlu ħaġa waħda żgur li baqgħet l-istess u din mhija xejn ħlief l-imħabba għall-mużika.



F’jum għeluq sninu, il-messaġġ li kitbu lil Joe kien wieħed umoristiku iżda mibni fuq ħbiberija ġenwina u l-memorji sbieħ tal-bidu tal-vjaġġ tagħhom. Il-messaġġ jagħlaq bil-frażi “ Awguri Joe.”

Min-naħa tagħna nixtiequ nawguraw lil Joe ġurnata mill-isbaħ u nittamaw li dan ir-ritratt jibqa’ jfakkar li kull suċċess għandu storja u kull storja tibda minn ħolma li xi darba kienet biss idea.



Ritratti:

Facebook/ The Travellers

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI