L-attur Xylon Bristow, li jibqa’ famuż għas-sehem tiegħu waqt Klassi Għalina, jawguraw lill-għażiża maħbuba tiegħu Kylie Mizzi. Kylie nafuha wkoll bħala attriċi, fejn fost l-oħrajn ħadet sehem fis-sensiela Becky The Return.
“34 sena. Partner in crime, CEO tad-daqsxejn kaos tagħna, u l-aqwa omm li Ivy qatt setgħet titlob għaliha. Tikber bħal inbid fin… imma b’inqas irqad. Nawguraw f’għeluq sninha lill-persuna favorit tagħna. Inħobbuk dejjem, Xylon u Ivy”
Qasam ritratt ta’ Kylie għall-okkażjoni, u kienu bosta li kkummentaw bix-xewqat sbieħ tagħhom għal Kylie.
Awguri mill-qalb, Kylie! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!
Facebook/ Xylon Bristow