Kate qasmet aġġornament personali u pożittiv mal-pubbliku, hekk kif ħabbret li se tkun qed terġa’ tmur id-dar biex tkompli l-proċess ta’ mistrieħ u fejqan tagħha.
F’messaġġ emozzjonanti, Kate spjegat li għalkemm għadha mhux irkuprat kompletament, tinsab fi triqitha li tfiq u fi ftit jiem oħra tħossha ħafna aħjar. Hija enfasizzat l-importanza tal-mistrieħ f’din il-fażi u esprimiet tama u ottimiżmu għall-ġranet li ġejjin.
Kate ma naqsitx milli turi l-apprezzament tagħha lejn dawk kollha li bagħtulha messaġġi biex jagħtuha inkoraġġiment u sapport, hi rringrazzjathom mill-qalb għall-imħabba u s-solidarjetà li wrew magħha f’dan il-mument.
Il-messaġġ tagħha ġie milqugħ b’ħafna risposti pożittivi, li jkomplu juru kemm hi mdawra b’komunità li tappoġġjaha u tinkuraġġiha fil-vjaġġ tagħha lejn fejqan sħiħ.
Facebook / Kate: Writing My Story