Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, Bjorn Formosa ppubblika filmat li ma jistax ma jnissillekx tbissima fuq fommok, speċjalment jekk l-annimali għandhom post speċjali f’qalbek. Fil-filmat jidher ġej jifraħ bih il-kelb għażiż tiegħu, b’denbu jferfer bl-eċitament.
Bjorn kiteb, “L-isbaħ merħba li qatt stajt nirċievi. Saħħti sejra lura u kelli nagħmel ftit jiem l-isptar minħabba operazzjoni. X’ħin nasal lura DAR, tana l-aqwa merħba possibbli. Xi ġmiel!”
Minkejja li l-annimali ma jistgħux jitkellmu, l-azzjonijiet tal-kelb kienu biżżejjed biex jagħtuna x’nifhmu li kien ferħan immens. L-imħabba li jafu jagħtuk il-klieb hi pura u bla kundizzjoni.
Kuraġġ Bjorn! Inżommuk fit-talb tagħna u ninsabu ferħanin li erġajt wasalt lura f’DAR Bjorn.j
Facebook / Bjorn Formosa