31 Anniversarju Minn Meta Seħħet It-Traġedja Tal-Vapur Um El Faroud – Traġedja Li Tibqa’ Mfakkra

Illum, il-31 sena minn meta seħħet it-traġedja tal-vapur Um El Faroud, pajjiżna jerġa’ jieqaf għal mument ta’ tifkira u rispett lejn disa’ ħaddiema li ħarġu għax-xogħol u qatt ma rritornaw lura d-dar.

Dak il-jum traġiku ħalla marka profonda fil-kuxjenza kollettiva tal-Maltin. Il-ħaddiema li tilfu ħajjithom kienu Anthony Vassallo, George Aquilina, Charles Callus, Gino Sciberras, Martin Hales, Simon Mifsud, Paul Seguna, George Xuereb u Simon Pisani.

Traġedja li ħasdet lil Malta kollha, mhux biss minħabba l-iskala tagħha, iżda wkoll għax laqtet qalb il-komunità, familji mfarrka, tfal li tilfu lil missierhom, u għeżież li baqgħu jġorru l-piż tal-assenza tul is-snin. Kull wieħed minn dawn l-irġiel kellu ħajja, ħolm u futur li nqata’ f’daqqa.

Illum, aktar minn qatt qabel, it-tifkira tagħhom isservi bħala mument ta’ riflessjoni u solidarjetà. Tfakkira li s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol mhix lussu, iżda dritt fundamentali u li l-memorja ta’ dawk li tilfu ħajjithom trid tibqa’ ħajja biex minnha nitgħallmu.

Ħsibijietna huma mal-familji tagħhom u mal-għeżież li ħallew warajhom. Il-memorja ta’ dawn id-disa’ irġiel tibqa’ parti mill-istorja tagħna – storja li ma ninsew qatt.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI