“Giuseppe Salerno (1) U Issah Ibrahim (2) Qed Jiġu Mfittxija Mill-Pulizija” – Il-Pulizija Ta’ Malta

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tal-Forza tal-Pulizija ta’ Malta, tħabbar li Giuseppe Salerno u Issah Ibrahim huma żewġ persuni li qed jiġu mfittxija mill-pulizija minħabba investigazzjonijiet separati.

Il-pulizija kitbu, “Giuseppe Salerno (1) u Issah Ibrahim (2) qed jiġu mfittxija mill-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjonijiet separati li jinsabu għaddejjin.”



Żiedu jgħidu,  “Kull min għandu xi informazzjoni dwar dawn il-persuni, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 5/2026.”



Jekk għandkom xi informazzjoni dwarhom, nappellaw biex tgħaddu din l-informazzjoni lill-pulizija. Nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni tagħkom.



Ritratti:

Facebook / The Malta Police Force

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI