“L-Unika Ħaġa Li Żżomna B’Saħħitna Fil-Mumenti Diffiċli Hi T-Terapija Tal-Imħabba Li Nagħtu Lil Xulxin” – Josline Camilleri Ma’ Oħtha

Josline Camilleri, magħrufa għall-parteċipazzjoni tagħha fl-ewwel staġun ta’ Big Brother Malta, ippubblikat ritratt gustuż ma’ oħtha Lor Camilleri u spjegat kif fil-mumenti diffiċli, huma jagħmlu kuraġġ b’xulxin u jitolbu lil Alla.

Hi spjegat, “Aħna ngħixu billi ma nkunux waħedna, dmugħ li qsamna flimkien, nifs flimkien, u twemmin flimkien. L-unika ħaġa li żżomna b’saħħitna fil-mumenti diffiċli hi t-terapija tal-imħabba li nagħtu lil xulxin. Nibku flimkien, ngħarrquhom flimkien fil-baħar. Imbagħad, x’inhu l-pass li jmiss? Inħallu l-istillel jiggwidawna u nagħtu l-uġigħ tagħna lill-għażiż Ġesu Kristu.”



Dawn il-kelmtejn jirriflettu l-konnessjoni tal-aħwa. Kibru flimkien, u għalhekk dejjem kienu, u se jibqgħu, hemm għal xulxin. Meta jkollok l-imħabba madwarek, tħossok iżjed b’saħħtek u reżiljenti.





Ritratti:

Facebook / Josline Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI