“Il-Kuntentizza Tiddependi Fuq Kif U Kemm Tapprezza U Tgawdi Dak Li Għandek” – Dr Nicholas Briffa

Il-psikoloġista Nicholas Briffa kiteb dwar il-kuntentizza fuq il-paġna tiegħu. Hu kiteb dwar kif għandna napprezzaw dak kollu li għandna, u mhux ingergru dwar dak li m’għandniex.

Hu spjega, “Il-kuntentizza tiddependi fuq kif u kemm tapprezza u tgawdi dak li għandek, kemm jekk hu ħafna kif ukoll jekk ftit. Hemm nies li ftit li xejn għandhom affarijiet imma huma ħafna iktar kuntenti minn dawk li għandhom ġid materjali kbir. Jekk trid tkun kuntent, ibda billi tapprezza dak kollu li għandek madwarek u ieqaf ilmenta dwar dak li m’għandekx. Huwa kważi impossibbli li l-oqsma kollha ta’ ħajtek ikunu kompluti f’daqqa. Iżda dan ma jfissirx li ma tistax tkun kuntent b’dak li diġà għandek f’idejk.”



Żied jgħid, “Ir-riħa tal-kafè filgħodu, it-tbissima tat-tifla ċ-ċkejkna tiegħek, iż-żifna spontanja mal-kanzunetta favorita f’nofs il-kċina mal-mara, li tiġri wara l-friefet mal-klieb tiegħek, li tara l-istilel, konversazzjoni interessanti fuq il-bajja, li tħoss iz-ziffa ma’ wiċċek, xi banju sħun eċċ. Ma taħsibx li dawn huma l-affarijiet żgħar li jistgħu jagħtuna xi ftit (jew ħafna?) kuntentizza? Arti ta’ Alena Ganzhela.”





Ritratti:

Alena Ganzhela u Facebook / Nicholas Briffa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI