Eżattament bħal-lum ġimgħa għadd ta’ bliet u rħula Maltin se jkunu qed jimtlew b’briju liema bħalu hekk kif jingħata bidu għall-jiem mistennija minn ħafna tal-Karnival.
Fost l-iżjed ċelebrazzjoni li tispikka f’dawn il-ġranet hija dik li seħħ fir-raħal Għawdxi tan-Nadur. Magħrufa għall-ispontanjetà tagħha, din iċ-ċelebrazzjoni sena wara l-oħra tattira eluf ta’ Maltin u Għawdxin li jinġabru f’folol kbar sabiex jiċċelebraw din il-festa ta’ ferħ u bluha.
F’dawn il-jiem ukoll tilħaq il-milja tagħha l-ħidma ta’ numru kbir ta’ dilettanti tal-Karnival. Dan hekk kif jingħataw l-opportunità li fil-belt kapital ta’ pajjiżna jesebixxu l-karrijiet li jkunu ilhom jaħdmu fuqhom sena sħiħa.
Il-jiem tal-Karnival mistennija jibdew bħal-lum ġimgħa fit-13 ta’ Frar u jaslu fi tmiemhom nhar it-Tlieta fis-17 ta’ Frar.
Facebook / Malta Carnival u Facebook / Nadur Carnival, Street Parties & Events