Il-pjattaforma soċjali tal-paġna, It-Temp Madwarna, ittella’ messaġġ dwar il-konsegwenzi diretti li r-riħ qawwi kkawżat mill-maltempata Harry kienu li bosta siġar sfaw b’weraq maħruqa u niexfa li jħarsu fid-direzzjoni tal-Lvant.
“Konsegwenza tar-riefnu qawwi li kellna bejn id-19 u l-20 ta’ Jannar 2026 mit-Tempesta Harry, diversi siġar inħarqulhom u nixfulhom il-weraq fin-naħa li tħares lejn il-Lvant (minn fejn kien ġej dan ir-riħ).
L-istess ħaġa kienet ġrat wara l-Grigalata l-kbira li kellna bejn it-23 u l-24 ta’ Frar tal-2019!
Kif toqrob ir-rebbiegħa u jibda jisħon xi ftit it-temp, dawn is-siġar jerġgħu jarmu faxxina ġdida.”
Sfortunatament iktar ma jgħaddi żmien iktar hemm ċans li naraw maltempati iktar estremi minħabba t-tibdil fil-klima tagħna.
Ritratti: Krist Callus