Jidher li fil-programm tal-lejla Ivan Gaffiero se jkollu programm mimli emozzjonijiet li bla dubju ħa jolqot lis-semmiegħa u segwaċi tiegħu. Fost l-oħrajn se jkun hemm Neil Demarco, li bid-determinazzjoni tiegħu seraq ħafna qlub.
Se jsellmu anke l-memorja tal-mibkija Helen Micallef, il-kantanta lokali li għadha kemm ħalliet din id-dinja l-ġimgħa l-oħra.
“Ma’ Gaffiero – illejla titilfux! Tislima speċjali lill-għażiża u brava kantanta Helen Micallef, u mistieden speċjali Neil Demarco– żagħżugħ li tassew japprezza l-appoġġ tagħkom. Illejla b’ħafna diski mill-isbaħ, mumenti ta’ riflessjoni u r-rokna tat-talb li tmiss il-qalb.”
Ma’ Gaffiero jixxandar bħas-soltu mill-22:00 sa 02:00 fuq One Radio. Titilfuhx.
Facebook/ Ivan Gaffiero