Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha, Raisa Brincat Newell iddedikat kelmtejn lill-għażiż binha biex tispjega kemm tinsab kburija bih.
Hi kitbitlu, “Jiena normalment ma nitfax ritratti tal-logħob tat-tifel tiegħi, imma din id-darba ridt naqsam magħkom kemm ninsab kburija bih. Li tkun plejer tal-futbol fl-eta`tiegħu mhuwiex faċli – iljieli twal wara t-training, jitlef vaganzi mal-familja għax ma jistax jitlef is-sessjonijiet, u jagħmel tant sagrifiċċji li ħafna tfal ta’ daqsu m’għandhomx bżonn jagħmlu. Imma li narahom kollha jwassluh s’hawn, narah jilħaq tragwardi li dejjem xtaq permezz tad-determinazzjoni tiegħu stess mingħajr ma nibuttawh aħna jagħmilni iktar u iktar kburija. Żomm saqajk mal-art, Zyas. Xi darba, il-ħolma tiegħek se ssir realta`.”
Facebook / My Trio