Danita ta’ One Chick And A Yorkie kienet host waqt il-fiera tas-sbuħija f’Malta u tkellmet dwar kemm din tfisser għaliha f’post fuq Facebook.
“Is-sitt darba tiegħi host tal-akbar u l-unika fiera tas-sbuħija f’Malta,” hi kitbet. “Minn meta kont żgħira kont inħobb nindilek, kont inħobb nilbes u dejjem nara x’ħa nivvinta biex nieqafx inparla.”
“Fejn qatt xi kellu jgħidli li la nikber dawn kollha kienu ser ikunu parti mix-xogħol tiegħi? Inħossni mċekkna, b’kull persuna li ġiet fuqi lbieraħ, kull tifla, kull omm, kull anzjana u kull tfajla li ġew fuqi jgħiduli kemm iħobbu jarawni.”
Hi kompliet tgħid, “Ħajti qisha ħolma, fejn qatt bsart li d-daħk li kont indaħħak lil sħabi u l-ferħ li dejjem ħassejt li għandi ġo fija ser inwasslu biex ikun parti mill-ħajja ta’ ħafna Maltin?”
Facebook / One Chick And A Yorkie