Kien proprju bħal-lum 86 sena ilu meta fis-swali taċ-ċinema fl-Amerka xxandar l-ewwel episodju ta’ Tom & Jerry. Dak iż-żmien fis-sensiela l-qattus ma kellux l-isem ta’ Tom iżda minflok kien jismu Jasper filwaqt li l-ġurdien lanqas biss kellu isem.
Għall-produtturi, din is-sensiela kienet biss esperiment u qatt f’mitt qamar ma bassru li dawn iż-żewġ karattri fittizji kienu se jiksbu daqstant suċċess. Fil-fatt, il-folol li nġemgħu bi ħġarhom dakinhar fis-swali taċ-ċinema ssaħru wara dawn iż-żewġ karattri.
Sal-lum il-ġurnata dis-sensiela rnexxielha tirbaħ 7 Academy Awards u hija magħrufa mal-erba’ rwiefen tad-dinja.
86 years ago today, ‘TOM AND JERRY’ premiered. pic.twitter.com/XeFO4uspkU
— Cartoon Base (@TheCartoonBase) February 10, 2026
X / 4K Wallpapers u YouTube Warner Bros. Classics