Lorinda Mamo tkellmet fuq il-paġna tagħha dwar l-esperjenza tagħha f’San Valentinu. Hi spjegat li jekk qed tħossok ħażin, għandek titkellem minnufih.
Fuq il-mezzi soċjali kitbet, “Qatt ma kienet dwar il-fjuri jew ir-rigali imma dwar l-ammont ta’ sigħat li nagħmlu bilqiegħda fejn xulxin fl-emerġenza, kmamar tal-isptar u appuntamenti. Verament naħseb li apparti d-dar, hawnhekk inqattgħu l-bqija tal-ħin flimkien – imma qegħdin flimkien u dik hi l-iktar ħaġa important – qegħdin fejn qegħdin.”
Żiedet tgħid, “Kont qed inħossni skomda l-ġurnata kollha u bdejn nipprova niġġieled dak li bdejt inħoss, bdejt nittama li kienet biss ansjeta`u se titlaq imma ma telqitx. Minflok żdiedet hekk kif kelli qalbi tħabbat ħafna u kelli mmur. Qed inħossni aħjar, imma rrid nibqa’ noqgħod attenta. Kemm inħossni grata għas-servizzi tal-emerġenza u vera grata li ma żammewnix l-isptar. Kien San Valentinu tajjeb.”
Inżommuha fit-talb tagħna u nirringrazzjawha talli qasmet magħna xi tfisser imħabba vera.
Facebook / Lorinda Mamo