F’Jum San Valentinu filwaqt li bosta koppji ħadu l-opportunità sabiex jiċċelebraw l-imħabba ta’ bejniethom, oħrajn minħabba raġunijiet diversi ma setgħux jagħmlu dan.
Kien għalhekk li Lara Agius ħadet l-inizjattiva li taħseb f’dawk li kellhom iqattgħu dan il-jum f’Mater Dei u għalhekk marret fil-parkeġġ tal-isptar u qasmet il-fjuri lill-karozzi li kien hemm ipparkjati hemmhekk dakinhar.
Fuq il-midja soċjali Lara stqarret li ħadet din l-inizjattiva għaliex xtaqet li tnissel tbissima fost persuni li ma tafhomx iżda li x-xorti ma tbissmitilhomx daqstant u għalhekk ma setgħux igawdu kif xtaqu dan il-jum ta’ mħabba.
Prosit tal-inizjattiva!
Instagram / @itslaraagius