“B’Dispjaċir Inħabbru L-Mewt Tal-Eks Segretarju Eżekuttiv, Is-Sur Joe Stafrace” – Il-Kunsill Lokali Ta’ Tas-Sliema

Il-paġna tal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema, sellmet lil Joe Stafrace li għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Hu għal snin kien is-Segretarju Eżekuttiv.



Fuq il-paġna kitbu, “B’dispjaċir inħabbru l-mewt ta’ eks Segretarju Eżekuttiv, is-Sur Joe Stafrace, li għal 9 snin serva mal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema. Lil Joe nibqgħu niftakruh fost oħrajn għaliex kien l-ewwel President tal-AKSLM (illum ANSEK) u kien hu li daħħal l-Assocjazzjoni fl-UDITE.”



Huma jtemmu, “Insellmulek Joe. Strieħ fis-sliem. Kondoljanzi lill-familja kollha tiegħu.” F’isem it-tim ta’ Gwida, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, qraba u ħbieb. Telfa għażiża li żgur se tinħass fosthom. Nittamaw li jsibu l-kuraġġ li għandhom bżonn f’dan iż-żmien diffiċli għalihom. Kuraġġ.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI