Fuq il-paġna Jasmine’s Journey, il-ġenituri ta’ Jasmine kitbu dwar ġrajja li qasmitilhom qalbhom.
Huma spjegaw, “Ilbieraħ qalbi nqasmet ftit… immaġina tistenna l-ġurnata kollha biex taċċessa apparat elettroniku ta’ komunikazzjoni biex tesprimi skumdita`. Jasmine tieħu pjaċir waqt sessjonijiet ta’ terapija tal-kliem, iżda lbieraħ ma kinitx interessata tilgħab bħas-soltu. Bdiet tipprova tbiddel l-iskrin għal xi ħaġa oħra għax kellha xi ħaġa importanti x’tgħidilna.”
Komplew jispjegaw li permezz tal-apparat elettroniku, hi spjegat li hemm xi ħaġa ddejjaqha ma’ ġisimha, u minn hemm irrealizzaw li l-kinesio tape li għamlulha ma’ daharha waqt il-fiżjoterapija kien qed idejjaqha. Jasmine żiedet anke tgħid li kien qed iqabbadha l-ħakk u riedet tneħħieħ issa.
Din il-ġrajja tkompli ssaħħaħ l-importanza ta’ apparat elettroniku ta’ komunikazzjoni għal tfal bħal Jasmine.
Facebook / Jasmine’s Journey