“Kolazzjon Kmieni, Kelma Ma’ Missieri, Bandli u Nitbellhu D-Dar” – Joe Demicoli Jqatta’ Ġurnata Man-Neputi

Joe Demicoli ikompli jaqsam memorji flimkien man-neputi – xi ħaġa li n-nanniet kollha japprezzaw. Kemm hu sabiħ li nibnu memorji sbieħ mal-familjari tagħna, jekk hux ġenituri, aħwa, ulied jew neputijiet.

“Ġurnata ma’ dan illum. Kolazzjon kmieni, kelma ma’ missieri, bandli u nitbellhu d-dar,” kiteb Joe. Qasam diversi ritratti tiegħu u taż-żgħiru, li żgur jibqgħu prezzjużi.

Bosta kkummentaw fejn qalulu jgħożż dawn il-mumenti, u faħħru l-fatt li sab ġurnata u ddedikaha għan-neputi. Lil Joe kemm-il darba fil-fatt narawh igawdi lill-għażiż neputi.

Xi ħlew ta’ ritratti!







Ritratti:

Facebook/ Joe Demicoli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI