“Nixtiequ Li Tgħinuna” – Maltin Maqbudin Fuq Vapur F’Dubai Jappellaw

Maltin drones

Maltin li jinsabu maqbudin fuq bastiment MDC Euribia ġewwa Dubai qed jappellaw għall-għajnuna tal-awtoritajiet. Isemmu fost l-oħrajn il-fatt li hemm wieħed minnhom jinsab fuq siġġu tar-roti, u jrid jiġi megħjun.

Ritratt ieħor li nxtered juri lil xi wħud minnhom jaraw id-drones tal-Iranjani hekk kif għadha għaddejja l-gwerra fil-Golf Għarbi.

“Aħna ninsabu 10 persuni Maltin u ma nafx jekk hawnx iktar, u nqbadna fuq il-vapur Msc Euribia .Kellna u ghat ghandna kuntatti ma l- ambaxxatrici ta’ Dubai u mal-awtoritajiet Maltin biex forsi jibagħtuna lura qabel iż-żmien li fadlilna għax is-sitwazzjoni xejn mhi sabiħa, u ma tidhirx li se titranġa.”

Skont l-aħbarijiet il-gwerra mistennija tmur għall-agħar, u għaldaqstant jinsabu aktar ħosbiena.

“Allura nerġgħu nappellaw lill-gvern biex iġibna mill-aktar fis possibli. Wieħed mill-10 persuni irid l-għajnuna għax jinsab f’siġġu tar-roti, u ma jistax jimxi fuq saqajh. Nixtiequ li tgħinuna.”

Jinsabu lkoll fi ħsibijietna u f’talbna.



Ritratt: Facebook/ Malta, News, Photos, and People





Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI