“It-Talent Tan-Nisa Maltin Jingħata L-Ġieħ Mistħoqq” – Dr. Lydia Abela

Hekk kif għada se niċċelebraw Jum il-Mara, ilbieraħ saret Serata Mara, fejn diversi nisa ġew premjati tax-xogħol tagħhom fis-soċjetà. Dr. Lydia Abela ddedikat diversi posts fuq Facebook għar-rebbieħa ta’ dawn ir-rikonoxximenti.

“It-talent tan-nisa Maltin jingħata l-ġieħ mistħoqq,” kitbet Dr. Abela. “Xogħolkom jitkellem għalih waħdu.” Din hija l-lista tan-nisa li ħadu dawn ir-rikonoxximenti:

Impatt Soċjali – Valerie Brincat

Eċċellenza fl-Edukazzjoni u l-Mentorship – Dr Marica Gatt

Champion fl-Isport – Arielle Bonnici

Reżiljenza fil-Kura tas-Saħħa u l-Benessri – Dr Natasha Azzopardi Muscat

Mara Rimarkevoli – Daniela Calleja Bitar

Tmexxija fin-Negozju – Maria Bugeja

Viżjoni Intraprenditorjali – Mary Gaerty

Attiviżmu Ambjentali – Prof. Simone Borg

Kompassjoni għall-Annimali – Lynn Claire Galea

L-Għażla tan-Nies – Dr Danika Marmara

Dedikazzjoni fis-Servizz Pubbliku – Francesca Camilleri Vettiger

Tisħiħ tal-Poplu permezz tal-Arti u l-Kultura – Clare Azzopardi

Innovazzjoni fix-Xjenza u t-Teknoloġija – Dr Maria Azzopardi

Ifforma l-Futur – Yasmine Shawish

Lifetime Achievement – Sr M Adele Baldacchino







Ritratti:

Facebook / Lydia Abela

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI