Il-Komunità Ta’ Santa Katarina Tingħaqad Biex Tappoġġja Lil Kate Waqt Attività Sportiva

Is-soċjetà Mużikali Santa Katarina taż-Żurrieq, qed tkun qed torganizza attività sportiva: Step In+ Żurrieq 5K Run, Walkathon u 1K Youth Run  li se tkun qed iġġib magħhha  messaġġ qawwi ta’ solidarjetà u appoġġ lil Kate.

Il-komunità ltaqgħet ma’ Kate, li bħalissa trid tivvjaġġa barra minn Malta biex tirċievi terapija. Kate tgħix bit-Tatton Brown Rahman Syndrome, kundizzjoni rari li ġġib magħha sfidi differenti kemm għaliha kif ukoll għall-familja tagħha.

Minkejja dawn l-isfidi, Kate qed turi kuraġġ kbir u qed tispira lil ħafna nies madwarha. Il-familja tagħha tgħid li l-appoġġ tal-komunità jfisser ħafna u li kull ġest żgħir jista’ jagħmel differenza kbira.

L-attvità Step In+ Żurrieq 5K Run, Walkathon u 1K Youth Run għalhekk mhux se tkun biss waħda sportiva. Din se tkun ukoll opportunità biex il-komunità tingħaqad, turi solidarjetà u tibgħat messaġġ ta’ tama u inkoraġġiment.

Ir-reġistrazzjonijiet għall-attività se jiftħu dalwaqt u dawk interessati huma mistiedna jsegwu l-paġna tal-organizzaturi għal aktar informazzjoni.







Ritratti:

Facebook/ Socjetą Mużikali Santa Katarina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI