KELLYMNI

Kellymni: Episodju 69 – Sue Rossi

Play
Sue Rossi tingħaqad ma’ Melanie Kelly fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida, fejn titkellem fit-tul dwar il-karriera tagħha, il-mumenti diffiċli li għaddiet minnhom u kif dejjem sabet mod kif tibqa’ soda minkejja kollox.
Hi taqsam l-esperjenza tagħha dwar kif għelbet diversi sfidi personali u professjonali, u kif dawn il-mumenti ffurmawha fil-mara li hi llum.
B’qalb miftuħa, Sue titkellem dwar il-ferħ kbir li ġabet magħha n-neputija tagħha, u kif l-imħabba li tħoss lejha hija waħda li ma tistax titkejjel. Tispjega kif dan il-kapitlu ġdid ta’ nanna żied sens ġdid ta’ gratitudni f’ħajjitha.
B’ħafna emozzjoni u riflessjoni, Sue tesprimi kif minkejja l-isfidi kollha, dejjem għażlet li tħares ’il quddiem u tibqa’ tgħix b’passjoni u kuraġġ. Din il-konversazzjoni hija waħda mimlija ispirazzjoni, mħabba u saħħa interna.
IXXERJA

PARTNERS UFFIĊJALI