KELLYMNI

Kellymni: Episodju 78 – Josline Camilleri

Play

Josline Camilleri tingħaqad ma’ Melanie Kelly fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida, fejn għall-ewwel darba taqsam fid-dettall il-vjaġġ personali tagħha, mill-isfidi tat-tfulija sal-esperjenza f’Big Brother Malta li fetħitilha tant opportunitajiet.

Matul il-konversazzjoni, Josline titkellem dwar il-familja li kibret fiha u l-esperjenzi diffiċli li għaddiet minnhom, inklużi episodji ta’ vjolenza domestika marbuta ma’ problemi ta’ saħħa mentali. Hija tispjega kif dawn il-mumenti ħallew impatt fuq ħajjitha iżda wkoll kif tawha s-saħħa biex tibni futur differenti.

Josline tirrifletti wkoll li l-esperjenza tagħha fid-dar ta’ Big Brother Malta ġiet f’mument opportun, esperjenza li fetħitilha opportunitajiet ġodda, filwaqt li għenha turi lilha nnifisha kif tassew hi.

F’din il-konversazzjoni sinċiera u emozzjonanti, Josline taqsam il-valuri, il-lezzjonijiet u t-tama li jkomplu jmexxuha ‘l quddiem.

IXXERJA

PARTNERS UFFIĊJALI